Il-Partit Demokratiku appella għal “azzjoni komprensiva u fil-pront” biex ikun solvut il-każ dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dan wara li lbieraħ, The Sunday Times of Malta rrappurtat li l-Pulizija identifikat grupp ta’ “aktar minn żewġ” Maltin li kienu l-moħħ wara l-qtil tal-ġurnalista.
Madanakollu rapport oħra kkwotaw membri tal-familja Caruana Galizia jisħqu li mhux infurmati dwar dan l-iżvilupp u l-korrespondent tar-Reuters Stephen Grey jikkwota sors viċin l-investigazzjoni jgħid li mhux vera nstabu l-mandanti.
Kien għalhekk li l-Partit Demokratika appella għal azzjoni immedjatata.
“Kull membru tal-organizzazzjoni kriminali li jaħseb li Malta hija r-renju tiegħu irid jinstab u jiġi pproċessat mill-iktar fis,” tisħaq l-istqarrija.
Il-PD temm tgħid li l-investigazzjonijiet tal-pulizija jridu jkunu indipendenti, b’riżorsi kif xieraq, u liberi mill-indħil, inkluż indħil politiku u li se jiskrutinizza u jkejjel l-iżviluppi kollha f’din l-investigazzjoni skont dawn il-kriterji.