Iż-żagħżugħ li kien arrestat ilbieraħ wara li pprova jaqbeż f’żona ristretta tal-ajruport wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Huwa mifhum ukoll li l-akkużat li għandu 27 sena kien imfittex ukoll għas-serqa kbira li seħħet is-sena li għaddiet mill-istabbiliment ta’ Diamonds International f’Tigné.
Illum, l-akkużat tressaq akkużat li hedded raġel b’arma, li pprova jidħol f’żona ristretta, li hedded uffiċjal tas-sigurtà, li kien qed iġorr arma waqt reat kriminali, li kien qed isuq vettura mingħajr liċenzja u polza tal-assigurazzjoni u li kien fil-pussess ta’ droga kokaina.
Huwa kien arrestat ilbieraħ f’Ħal Safi.
Meta l-akkużat ra s-suldati sejrin lejh, telaq jiġri lejn il-kwartieti militari waqt li beda jipponta arma tan-nar lejn l-uffiċjali tas-sigurtà, sakemm inżamm mis-suldati.
Il-Pulizija sabu l-vettura bil-pjanċi misruqa ftit passi ‘l bogħod.