Jinżamm arrestat 12 -il ġurnata wara li tpoġġa fuq probation

L-akkużat lura fil-Qorti wara li ħebb u weġġa' lil raġel ieħor b'sikkina

Raġel ta' 30 sena minn Ħad Dingli, inżamm arrestat wara li l-bieraħ ta daqqa ta' sikkina lil raġel ieħor fil-Marsa.

Jidher li ż-żewġt irġiel kellhom argument fuq flus, bl-akkużat jispiċċa joħroġ sikkina u jikkaġuna ġrieħi ħfief fuq il-vittma.

Apparti minn hekk jidher ukoll li l-akkużat ikkaġuna ħsara fuq il-vettura tal-vittma bl-istess sikkina. 

Fil-qorti hu ġie akkużat li: kkawża ġrieħi ħfief lir-raġel, li kellu arma mingħajr liċenzja u li kiser il-paċi pubblika, fost akkużi oħra.

Ir-raġel kien akkużat ukoll li kisser, ordni ta' probation ta' 3 snin li kienet hu kien tpoġġa fuqa lura fl-10 ta' Novembru wara li insulta u weġġa' uffiċjal ta' Transport Malta. 

L-avukat tal-imputat, Gianluca Caruana Curran talbet il-ħelsin mill-arrest, liema talba kienet irrifujatata mill-Qorti.

L-Ispettur Stacy Attard mexxiet il-prosekuzzjoni.

More in Kronaka