Jitlef il-kontroll u jaħbat ma' karozza pparkjata; Żewġ persuni l-isptar

Tfajla ta' 20 sena li kienet passiġġiera qed issofri minn ġrieħi gravi

Raġel u tfajla ta' 20 sena ddaħħlu l-isptar wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Vjal il-Labour fin-Naxxar.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li vettura misjuqa minn raġel ta' 39 sena ħabtet ma' vettura li kienet ipparkjata fl-istess triq.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta' filgħodu.

Fuq il-post issejħu żewġ amnbulanzi kif ukoll il-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu lill-vittmi mill-vettura.

Huma ttieħdu Mater Dei fejn il-passiġġiera kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq sofra ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.

 

Ritratt: Facebook/ Ġaħan Onlajn

More in Kronaka