Raġel ta’ 32 sena nstab mill-Pulizija bi ġrieħi gravi f’wiċċu waqt li kien fil-vettura tiegħu fi Triq l-Imdina Ħ’Attard.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-7:45am meta l-Pulizija ntalbet għall-għajnuna.
Malli waslu fuq il-post, il-pulizija sabu lir-raġel fil-vettura wara li allegatament kellu argument ma’ raġel ieħor li ħarab minn fuq il-post.
Dan instab ftit tal-ħin wara f’Birkirkara u qed jiġi mitkellem mill-Pulizija.
Ir-raġel, minn Ħad-Dingli, iddaħħal l-Isptar fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.