Sewwieq ta' mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fi Triq il-Manikata, il-Mellieħa.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti n-Nadur u vettura li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena residenti San Ġwann.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.