Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li safa aggredit minn żewġt irġiel mhux magħrufa.
Il-Pulizija rċeviet rapport il-lejl li għadda għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu fi Triq il-Knisja f’Raħal Ġdid. Minkejja li r-rapport daħal fis-siegħa, jirriżulta li l-każ seħħ fid-disgħa u nofs ta’ filgħaxija, ġewwa grawnd tal-futbol.
Mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta li r-raġel kien fil-vettura tiegħu meta għal xi raġuni ġie avviċinat minn żewġt irġiel li allegatament aggredewh.
Il-vittma mar waħdu fiċ-ċentru tas-saħħa, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.