L-inċident seħħ fi Triq John Borg
Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura fi Triq John Borg, f’Birkirkara
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs.
Il-vittma huwa anzjan ta' 84 sena residenti l-Iklin. Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Birkirkara.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.