Żagħżugħ jaqa' f’sit tal-kostruzzjoni

Iż-żagħżugħ, ta’ 23 sena qed isofri minn ġrieħi gravi

Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa u nofs f’sit tal-kostruzzjoni ġewwa Triq Ganni Faure’, Ħal Tarxien.

Iż-żagħżugħ, ta’ 23 sena mill-Gambja, ittieħed Mater Dei fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka