Turist Irlandiż tressaq il-Qorti dalgħodu wara li qajjem paniku f’sħiħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, bil-Pulizija tispiċċa tiġri warajh fiż-żona fejn l-ajruplani jkunu pparkjati.
Ir-raġel ta’ 56 sena, deher quddiem il-Maġistrat Simone Grech ġurnata wara li seħħ dan il-każ.
Jidher li r-raġel kien fis-sakra, meta l-ewwel ipprova jiżgassa bieb ta’ toilet imbagħad fetaħ bieb tas-sigurtà u ħareġ jiġri ħdejn l-ajruplani.
L-Avukat tar-raġel qalet li jiddispjaċih ħafna għal dak li għamel.
Il-Maġistrat wissiet lir-raġel li dak li għamel kien serjru, anke għax qajjem paniku sħiħ f’ajruport.
Huwa ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin