L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq Ħal Far, f’Birżebbuġa
Ħaddiem żagħżugħ ta’ 28 sena weġġa’ gravi waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet ġo fabbrika fi Triq Ħal Far, f’Birżebbuġa.
Iż-żagħżugħ, mill-Albanija u li jgħix Wied il-Għajn, sofra ġrieħi f’idu ma xi makkinarju li jagħmel il-forom tal-konkos.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu u ambulanza biex tieħu lil ħaddiem l-Isptar Mater Dei
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.