Raġel safa aggredit u misruq għall-ħabta ta' nofsilejl, meta l-Pulizija ntalbet l-għajnuna minħabba dak li kien għadu kemm seħħ fil-Ġnien tal-Gżira.
Mill-investigazzjonijiet irriżulta li waqt li Ġermaniż ta’ 46 sena ġie avviċinat minn żewġt irġiel u aggredewh.
Il-vittma prova jaħrab però l-aggressuri komplew isawtuh, serqulu l-baskett u ħarbu minn fuq il-post.
Minħabba l-ġrieħi li sofra, il-Pulizija talbet għall-assistenza medika. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-aggressuri.