Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq il-Kbira, Ħal Lija
Raġel ta' 47 sena weġġa' wara li ttajjar minn fuq il-mutur li kien qed isuq fi Triq il-Kbira, Ħal Lija.
Is-sewwieq li tajru telaq minn fuq il-post.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar MaterDei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet mill-pulizija għadhom għaddejjin fejn għadha għaddejja wkoll it-tfittxija għax-xufier li baqa' sejjer