Nirien fuq bastiment operat minn Gozo Fast Ferry, kmieni dalgħodu, waslu biex il-passiġġieri jiġu evakwati minnufih. Il-bastiment telaq minn Għawdex fis-7:45.a.m.
"Il-passiġġieri kollha ġew evakwati b'mod sikur u ġew segwiti l-proċeduri kollha ta' sigurtà. Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident u n-nar ġie immedjatament ikontrollat mill-ekwipaġġ."
Bħalissa għaddejja investigazzjoni interna biex tiddetermina l-kawża tan-nirien.
"Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent ikkawżat u nixtiequ nirringrazzjaw lill-awtoritajiet rispettivi għar-rispons immedjat u l-assistenza tagħhom," qal kelliem tal-kumpanija.
L-iskeda aġġornata tal-vjaġġi tal-lum ttellgħet fuq is-sit www.gozofastferry.com kif ukoll fuq il-paġna tagħhom fuq il-midja soċjali.