Bugħaddas jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos fil-baħar fl-inħawi taċ-Ċirkewwa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:30pm tal-bieraħ.
L-għaddas, li għandu 62 sena u li huwa mir-Renju Unit, ittella' l-art minn xi bugħaddasa oħra.
Tim mediku ta l-assistenza lill-vittma, li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li kien f’qagħda serja.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.