Raġel ta' 48 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-karozza fi Triq il-Belliegħa, ir-Rabat, Għawdex.
Il-kaz seħħ ilbieraħ filgħaxija.
Jidher li r-raġel, mix-Xewkija, tilef il-kontroll tal-vettura u spiċċa biex inqaleb wara li ħabat ma' vettura li kienet ipparkjata.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għall-kura meħtieġa.
Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.