Il-kap tal-oppożizzjoni llum qal li l-protezzjoni li qed jingħata Ray Zammit jindika li Zammit għandu informazzjoni fuq il-gvern u l Prim Ministru li l-gvern ma jridhiex toħroġ
Dan qalu fuq Radio 101 dalgħodu fejn insista li r-rappoirt tal-inkjesta turi link diretta bejn il-familja Zammit u l-familja Gaffarena u li hemm links perikolużi bejn il-poter, flus u kriminalita. Hu qal li l-kwiet li kien hemm wara din l-inkjesta juri li Muscat bierek kollox.
Dwar il-karta safra li rċieva Zammit mingħand Owen Bonnici Busuttil qal li dan kien insult. Hu qal li hemm bżonn bidla urġenti biex il-poplu jerġa juri fiduċja fis-sistema politika u reġa tenna li dan hu l-aktar gvern korrott minn wara Mintoff u Lorry Sant u qal li dan il-gvern qed juża flus il-poplu biex jissodisfa lin-nies tal-qalba.