Is-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake qalet li l-Partit irid jerġa' jmur lura lejn l-għeruq ċentru xellugin tiegħu, fi tweġiba għal kummenti tal-eks Membru Parlamentari Nazzjonalista Noel Buttigieg Scicluna li qal li hemm bżonn li l-PN jerġa' jsib il-"vokazzjoni ċentru xellugija tiegħu." Dan jiġi fid-dawl tal-PL li qed ikollu preferenza għall-kuntratturi u soluzzjonijiet li jrendu flus faċli, bħal bejgħ tal-passaporti, kompla jgħid Buttigieg Scicluna.
Dan intqal fl-edizzjoni tal-bieraħ tal-programm Reporter fejn is-Segretarju Ġenerali qalet li l-Partit Laburista resaq wisq viċin tax-xellug, favur in-nies b'ħafna flus. Thake kompliet tgħid li kien il-Partit Nazzjonalista li introduċa kunċetti bħas-solidarjetà u djalogu, kif ukoll introduċa miżuri sabiex ikunu mħarsa persuni vulnerabbli.
Meta l-preżentatur Saviour Balzan irrimarka li bosta kuntratturi li llum il-ġurnata huma qrib il-PL, bl-istess mod kienu qrib tal-PN, Thake qalet li l-PN ma jridx jadotta pożizzjoni kontra n-negozju imma pożizzjoni favur il-ħidma tal-Gvern u n-negozji. "Il-PN jemmen li li l-kuntratturi għandhom rwol importanti fil-pjanijiet għal żvilupp responsabbli," kompliet tgħid Thake.
Is-segretarju ġenerali tkellmet ukoll dwar l-istħarriġ tal-MaltaToday fejn il-PN kompla jnaqqas id-distakk mal-PL b'inqas minn 3 punti.