In-Netwerk tass-Soċjetà Ċivili, ħarġet stqarrija dwar il-qbil tagħha mal-proposta tal-Partit Nazzjonalista dwar l-ODZ, proposta li teħtieġ qbil minn żewġ terzi tal-parlament biex tiġi approvata.
“Is-Soċjetà Ċivili tħeġġeġ lill-partiti politċi kollha flimkien mal-NGOs li għandhom għal qalbhom l-ambjent, biex jagħtu s-support tagħhom lil din il-proposta. Jekk din il-proposta tidħol fis-seħħ b’tali mod korrett, tista’ żżid saff ieħor ta’ skrutinju lill-proposti oħra dwar l-ODZ, dan minbarra l-SPED, regoli oħra tal-ippjanar u l-proċess tal-Awtorità tal-Ippjanar.”
Il-vot parlamentari għandu jittieħed biss wara li ssir konklużjoni tal-proċess tal-ippjanar u f’każ li tapprova l-Aworità tal-Ippjanar biss. Id-deċiżjoni li din il-proposta tiġi rrifjutata min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar għandha tkun waħda finali. Barra minn hekk, żewġ terzi tal-voti huma neċessarji sabiex issir reviżjoni tal-konfini tal-iżvilupp.