Il-Kappillani Slimiżi jilmentaw dwar l-'isfreġju' u 'ferneżija ta' bini' fil-lokalita'

...jakkużaw lill-awtoritajiet li mhux qed jisimgħu l-ilmenti tar-residenti dwar l-iżvilupp li qed isir f'Tas Sliema bħalissa

Il-Kappillani Slimiżi jgħidu li l-ilmenti tar-residenti qed jaqgħu f'widnejn torox
Il-Kappillani Slimiżi jgħidu li l-ilmenti tar-residenti qed jaqgħu f'widnejn torox

Il-Kappillani ta' Tas Sliema u l-Balluta esprimew l-inkwiet tagħhom għal dak li qed jiddiskuti bħala "sfreġju" f'Tas Sliema. Huma fil-fatt, fi stqarrija maħruġa mill-Kurja, jirrifjutaw li jsejħu l-proġetti li għaddejjin fil-lokalita' bħala "żvilupp", "għax inħossu li dak li qed isir f’din il-lokalità ma jistħoqqlux dan it-titlu, għax “biex nistgħu nitkellmu fuq żvilupp awtentiku, irridu nagħmlu mezz li jkun hemm titjib sħiħ fil-kwalità tal-ħajja umana," qalu fi kwotazzjoni diretta mill-Enċiklika Laudato Si. 

Fl-istqarrija tagħhom il-kappillani jgħidu li l-ilmenti i qed jaslu għandhom jidhru li qed jaqgħu fuq widjena torox u kritikaw ukoll l-istat fejn m'hemmx pjan lokali għaż-żona. "Għax il-permessi baqgħu ħerġin mingħajr l-ebda pjan ħolistiku ta’ żvilupp, u bla rispett u sensittività lejn il-kwalità tal-ħajja tar-residenti u l-eluf ta’ nies li jżuru din il-lokalità," sostnew il-Kapillani lielenkaw lista ta' effetti li l-iżvilupp li għaddej bħalissa f'Tas Sliema qed isarraf. Fost dawn huma jfakkeu f'bankini mkissrin, infrastruttura li ma tkunx tiflaħ għaż0żieda fl-iżvilupp kif ukoll l-istress psikoloġiku ta' kull residenza li tmiss ma' post fejn qed isir l-iżvilupp. 

Il-kappillani Slimiżi jistaqsu meta se jasal iż-żmien li jkunu l-Kunsilli Lokali stess li jiddeċiedu meta l-lokalita' tkun laħqet l-massimu ta' żvilupp li jista jitwettaq. 

"Hawn min iqis l-isfreġju li qed iseħħ f’din il-lokalità bħala ‘progress’ għaliex qed jiġġenera ġid finanzjaru. Il-Papa Franġisku jwissina wkoll fuq min, bi skuza ta’ proġetti ta’ żvilupp għall-komunità jfittex li jħaxxen butu. “Bl-imġiba tagħhom qed juru li għalihom biżżejjed li jogħlew il-profitti. Is-suq waħdu ma jistax jiggarantixxi l-iżvilupp sħiħ tal-bniedem u l-inklużjoni soċjali”

 

More in Politika