Umbrella u 'deckchair' f'Kemmuna tiswik €20 ... u tinsiex titlob l-irċevuta

...iva sewwa qed taqraw, skont l-MTA, tal-umbrellel u d-deckchairs suppost itik irċevuta u trid titlobielu int għax inkella 'jinsa'

L-agħa li qed tqajjem is-sitwazzjoni kaotika wasslet biex l-Awtorita' tat-Turiżmu Maltija tiċċara li l-prezzijiet biex xi ħadd jikri umbrella fuq il-bajja ċkejkna li hemm f'Kemmuna jeħtieġ iħallas €10 u jekk irid umbrella magħha irid iħallas €10 oħra. Dan jikkonferma dak illi fil-fatt kien ippublikat fuq dan is-sit ilbieraħ fejn biex tixxemmex trid tħallas €20. Minkejja dan, jekk trid tuża umbrella u deckchair fuq il-blat trid tħallas €10, €5 għall-umbrella u €5 oħra għad-deckchair

L-Awtorita' tat-Turiżmu żiedet tfakkar lil dawk kollha li jmorru Kemmuna biex jitolbu rċevuta fiskali. Mhux sigriet illi la Kemmuna u fl-ebda bajja oħra ma jingħataw irċevuti meta jingħata 'servizz' ta' umbrellel u deckchair

Intant fl-istqarrija l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu rfakkar kif fis-sena 2015 kienet għamlet sejħa għall-operaturi tal-umbrellel u Deckchairs, b’tender pubblika għal tliet snin. L-erba’ operaturi li rebħu din it-tender intrabtu b’obbligi kuntrattwali mal-Awtorità. Fost dawn l-obbligi hemm klawsoli li jirregolaw l-ammont ta’ Deckchairs f’kull żona mogħtija lilhom u anke l-prezzijiet li bihom għandhom jinkrew.  L-Awtorità hija  konxja mill-fatt tal-problemi li kien hemm f’dawn il-bajjiet f’Kemmuna fil passat , Fost dawn insibu operat illegali fuq Kemmunett u fuq il-garig li huwa skedat min-Natura 2000 u li ġew indirizzati.

Bħal ma’ sar sa mill-bidu tal-istaġun tas-Sajf, tkompli tgħid l-istqarrija, l-Awtorità ser tkompli tagħmel l-ispezzjonijiet u tieħu l-passi permessi bil-liġi, biex tassigura li jkunu qegħdin jiġu osservati l-obbligi kontrattwali kollha mill-operaturi, fiż-żewġ bajjiet imsemmija. Fin-nuqqas li xi regola ma tiġiex osservata, l-Awtorità tirriserva d-dritt li saħansitra tirrevoka il-kuntratt mirbuħ b’effett immedjat.

 

 

More in Politika