Donald Trump: 'Dawk li ilhom jintesew mhux se jintesew aktar'

Clinton tikkonċedi t-telfa...Trump jagħmel l-ewwel diskors tiegħu u jappella għall-għaqda -  l-attivisti tiegħu jinfexxu f'għajjat ta' ġubilazzjoni 

Trump: Il-President Amerikan li jmiss
Trump: Il-President Amerikan li jmiss

Il-mijiet ta' attivisti ta' Trump fil-Lukanda Hilton nfexxew f'għajjat, ċapċip u emozzjoni hekk kif mumenti ilu Donald Trump kien ikkonfermat li rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali u għalhekk se jkun il-45 President Amerikan li jmiss. 

Issa irridu ningħaqdu flimkien "bħala pajjiż wieħed. Issa huwa ż-żmien.Qattajt ħajti nħares lejn il-proġetti li qatt ma bdew għal dan il-pajjiż u potenzjal li qatt ma ntuża u qatt. Dawk kollha li ntesew mhux se jintesew aktar, se nibnu l-infrastruttura mill-ġdid, biex insiru pajjiż aktar b'saħħtu. Se nkunu," qal Trump, "qed nieħdu ħsieb il-veterani tagħna u se nibnu pajjiż b'saħħtu li se jikkopera ma min lest jikkopera magħna."

Trump qal li l-Istati Uniti se tibda toħlom mill-ġdid bi sħubija mal-pajjiżi kollha li lesti jaħdmu mal-Istati Uniti."

More in Politika