'Il-hijacking kien teatrin biex iħammeġ lil dawk leali lejn Gaddafi'

Sorsi Libjani leali lejn Gaddafi jgħidu li l-hijack kien magħmul biex 'jidher ikrah moviment li qed jiżviluppa u jikber favur l-eks dittatur' - jwissu li 'l-era tal-ġrieden waslet biex tintemm' 

L-eks dittatur Libjan Muammar Gaddafi
L-eks dittatur Libjan Muammar Gaddafi

Hekk kif bħalissa Moussa Shaha u Ahmad Aliah qed jidhru quddiem il-Qorti Maltija akkużati, fost oħrajn b'terroriżmu, u hekk kif hemm min qed jissuspetta li l-hijack kien 'falz biex jidher sabiħ il-Gvern,' artiklu miktub mill-Editur tas-sit tal-aħbarijiet Tork Aydinlik Daily, M Birol Guger tefa' iktar dawl fuq il-każ tal-hijack li seħħ f'pajjiżna.

Sorsi li tkellem magħhom b'kundizzjoni ta' anonimità laqqmu l-hijack bħala 'teatrin' magħmul biex settur 'dejjem jikber ta' persuni leali lejn l-eks dittatur u r-reġim ta' Muammar Gaddafi, li qed jiżvilppaw alleanza b'saħħitha mal-Armata Libjana mmexxija mill-Ġeneral Hafter'. 

Is-sors Libjan sejjaħ il-hijack bħala 'false flag operation' hekk kif qal illi l-għan tal-bandiera l-ħadra tal-Jamahiriya Libjana, assoċjata ma' Gaddafi, u li dehret barra mill-ajruplan kienet parti minn 'logħba biex jidhru koroh. 'L-għan tagħhom kien li jħammġu l-immaġini tagħna u juruna bħala terroristi u kriminali, għax qed jibżgħu, hekk kif qed jaraw li dawk leali lejn Gaddafi qed jerġgħu jiffurmaw il-maġġoranza tas-soċjetà Libjana.'

Is-sors li tkellem ma' dan is-sit kompla jgħid illi din is-sena se jkollna ħafna sorpriżi u fi spirtu leali lejn l-aħħar ġimgħat ta' Gaddafi qal illi 'l-era tal-ġrieden waslet biex tintemm.'

Intant fi stqarrija dawk leali lejn Gaddafi jgħidu illi tant il-hijack kien magħmul apposta biex jagħmel il-ħsara lilhom li l-ajruport minn fejn telaq l-ajruplan tal-Afriqiyah Airways, il-bażi Militari ta' Tmenhent bħalissa jinsab taħt il-kontroll tar-ribelli.  

More in Politika