Il-President ma tikkomettix ruħha dwar l-iffirmar tal-Liġi tal-IVF

...minflok tgħid li qed tittama li fatturi morali u etiċi jkunu kkunsidrati fil-liġi finali...

Il-President Marie Louise Coleiro Preca
Il-President Marie Louise Coleiro Preca

Il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca ma kkommettietx ruħha dwar jekk tiffirmax l-liġi tal-IVF jew le, kif inhi illum, minflok f'risposti li tat lill-gazzetta The Times hija qalet li qed tittama biss li li jsiru bidliet fil-liġi partikolari.  

Kelliema għall-Uffiċċju tal-President żvelat t kif saret laqgħa bejn il-Ministru tas-Saħħa u Viċi PM Chris Fearne u l-President illi kienet waħda "kostruttiva" ħafna. Il-Kelliema sostiet illi Coleiro Preca qed tittama illi qabel il-liġi emendata tasal għandha biex tiffirmaha "jittieħdu in kunsiderazzjoni fatturi morali u etiċi."

Ilbieraħ Fearne  ħabbar li qabel mal-liġi tmur għat-tielet u l-aħħar qari fil-Parlament se ssir konsultazzjoni wiesa' dwar dawn l-emendi. 

Fi stqarrija, l-Alternattiva Demokratika esprimiet is-sodisfazzjon tagħha wara l-intervent li għamel il-Prim Ministru fil-Parlament l-bieraħ fejn qal li hu lest li jisma’ fuq uħud mill-iktar aspetti kontroversjali tal-emendi proposti fuq il-liġi dwar l-IVF.  "Il-pass tal-gvern huwa f’waqtu għax jawgura li tinħema liġi li tirrispetta tabilħaqq il-kumplessitajiet etiċi li għandhom riperkussjonijiet soċjali sostanzjali.

L-AD qalet li, "s-sens ta’ kawtela u zmien bizzejjed għar-riflessjoni kien punt li sahqet fuqu Alternattiva Demokratika sa mill-bidu ta’ dan id-dibattitu fil-Parlament." Filwaqt li reġgħet saħqet fuq il-bżonn diskussjoni serja li ma tiddeġenerax f’tgħhajjir u intolleranza, kif sfortunatament qed jiġri."

AD tkellmet ukoll fuq il-kwistjoni tas-surrogacy li skonta tista’ twassal għall-kummerċjalizazzjoni tan-nisa u rigward l-anonimita` fid-donazzjonijiet tal-gamita partikolarment fuq livell ta’ drittijiet tat-tfal inkluż is-saħħa tagħhom. Hi sostniet li "l-gvern għandu jaghti risposti iktar ċari fuq il-proposta ta’ adozzjoni ta’ embrijuni ffriżati; proposta li diffiċli taħdem, bil-konsegwenza li iktar ma jgħaddi ż-żmien, pajjiżna jista’ jkollu ħazna dejjem tiżdied ta’ embrijuni ffriżati."

 

 

 

More in Politika