L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tikkundanna t-theddida fuq kunsillier tal-Gżira

L-Assoċjazzjonitħeġġeġ biex l-Awtoritajiet jaraw li persuni li jwettqu theddid jew reati simili, jiġu mwissija severament

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kkundannat il-każ li fih kien involut il-kunsillier tal-Gżira, Jeremy Cardona, meta kuntrattur allegatament saq għal fuqu wara kummenti li għadda fuq xogħlijiet ta' kostruzzjoni.

Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni kkundannat kull aġir simili, kemm fuq kull uffiċjal pubbliku, partikolarment Sindki, Vici Sindki u Kunsilliera, "li jagħtu ħafna minn ħinhom b' mod volontarju, għall-lokalitajiet rispettivi tagħhom."

Fakkret li dawn qed jirrapreżentaw lill-pubbliku u għaldaqstant għandhom jingħataw l-akbar rispett għas-sagrifiċċji li jagħmlu. 

Temmet tħeġġeġ biex l-Awtoritajiet jaraw li persuni li jwettqu theddid jew reati simili, jiġu mwissija severament u ssir ġustizja.

More in Politika