Il-Maġistrat Bugeja jfakkar li l-investigazzjoni fuq 'Egrant' tibqa' responsabilità tal-Pulizija

Ir-rapport finali tad-delegazzjoni li kienet Malta jiżvela x'intqal mill-Maġistrati Aaron Bugeja u Anthony Vella meta ltaqgħu mat-tliet MEPs f'Malta...

Il-bank Pilatus fejn kien allegat li għaddew flus għall-kont ta' Egrant Inc. kumpanija fil-Panama
Il-bank Pilatus fejn kien allegat li għaddew flus għall-kont ta' Egrant Inc. kumpanija fil-Panama

 Ir-rapport finali li jitratta il-ħidma tad-delegazzjoni magħmula mill-MEPs Ana Gomes, Sven Giegold u David Casa u li kienet Malta ġimgħatejn ilu, kien ipubblikat iktar kmieni illum. 

F'dan ir-rapport hemm żvelat x'intqal mill-Maġistrati Aaron Bugeja u Anthony Vella meta dawn iltaqgħu mad-delegazzjoni. 

Iż-żewġ maġistrati fil-fatt għamluha ċara illi huma ma kienux lesti illi jiddiskutu d-dettalji tal-inkjesta, kif fil-fatt kienet wieġbet l-MEP Ana Gomes għall-mistoqsija tal-illum.com.mt. Minn naħa tiegħu Bugeja, li qed imexxi l-inkjesta dwar l-allegazzjoni 'Egrant' huwa rappurtat li spjega kif il-poter tal-maġistrati huwa limitat u li ħafna azzjoni li qed tintalab fil-pubbliku, tibqa' resposnsabilità tall-Pulizija. 

Il-Maġistrat Bugeja fakkar lil Gomes, Giegold u Casa illi ladarba l-inkjesta li qed imexxi u li titratta l-allegazzjoni illi Egrant tkun konkluża, xorta tkun f'idejn il-Pulizija li jiddeċiedu jekk għandhiex tinfetaħ investigazzjoni jew le. Jekk il-Kummissarju tal-Pulizija jiddeċiedi fin-negattiv, il-materja taqa' f'idejn l-Avukat Ġenerali.

 Ir-rapport ifakkar li l-investigazzjoni tal-Maġistrat u tal-Pulizija saru b'mod totalment separat u ma kien hemm ebda skambju ta' informazzjoni bejn it-tnejn.

Kien f'dan il-punt li Gomes, Geigold u Casa jirrimarkaw kif l-Maġistrat Bugeja m'għandu 'l ħadd li qed jgħinu f'din l-inkjesta u allura hija "a one man job". 

l-MEPs staqsew dwar l-informazzjon li ingħatat lil Bugeja mill-awtoritajiet Ġermaniżi, mill-laptop li kienet qed tuża Daphne Caruana Galizia qabel inqatlet u li ma kienx mgħoddi lill-Pulizija Maltija. Bugeja qal biss illi l-ammont ta' xogħol li għandu quddiemu huwa kbir, filwaqt li kkonferma illi sar xogħol fuq materjal mill-awtoritajiet Ġermaniżi. "Ħafna xogħol sar u għadu għaddej," sostna il-Maġistrat Bugeja. 

Intant id-delegazzjoni, meta kienet qed tiltaqa' mal-Maġistrat Anthony Vella, rrimarkat dwar dawk li sejħulhom qlajjiet illi l-Maġistrat Vella se jkun appuntat Imħallef. Fir-rapport ma tissemma ebda reazzjoni tal-Maġistrat Vella, jingħad biss illi hu qed jaħdem biex ikollu kemm jista' jkun  xogħol lest fuq l-inkjesta li titratta l-assasinju ta' Caruana Galizia. 

Vella ikkonferma li sab kooperazzjoni "eċċellenti" mal-Europol u l-FBI. 

Gomes staqsiet dwar rapporti illi t-tliet arrestati kienu taħt sorveljanza għal xhur sħaħ qabel il-qtil tal-ġurnalista. Il-Maġistrat Vella  ma weġibx u qal biss li l-evidenza qed tkun miġbura u x'se tkun il-proċedura ladarba tkun konkluża l-inkjesta. 

Intant ir-rapport tad-delegazzjoni illi issa se jkun qed jispiċċalha l-mandat, liema mandat se jgħaddi għand Kumitat li għadu kif inħatar u li fih se jkun hemm l-MEP Maltija Roberta Metsola, jasal għal diversi konklużjonijiet. 

Fost dawn hemm dik li l-inkjesta fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia miexja b'pass kajman u li l-Pulizija Maltija, skont id-delegazzjoni, mhux qed issegwi l-possibilitajiet (leads) kollha fl-investigazzjoni tal-qtil ta' Caruana Galiżia. Id-delegazzjoni issemmi lil Neville Gafa' u tiitmbrah bħala aġent tal-mibgħeda fuq gruppi ta' Facebook tal-Partit Laburista u jgħidu wkoll illi diversi każi ta' allegat ħasil ta' flus ma kienux investigati mill-Pulizija. 

 

More in Politika