Deċiżjoni finali; Maria Efimova mhux se tintbagħat Malta
Ftit tal-ħin ilu, il-Qorti Griega tal-Appell iddeċidiet li Maria Efimova ma tintbagħatx Malta
More in Politika
Ftit tal-ħin ilu, il-Qorti Griega tal-Appell iddeċidiet li Maria Efimova ma tintbagħatx Malta
Il-Qorti Griega tal-Appell ikkonfermat id-deċiżjoni biex Maria Efimova ma tkunx estradita lejn Malta.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-prosekuzzjoni kienet appellat mid-deċiżjoni tal-ewwel Qorti li kienet iddeċidiet li Efimova ma titbagħatx Malta, minkejja li pajjiżna ħareġ mandat ta' arrest Ewropew kontriha.
F'kummenti mal-gazzetta Maltatoday l-Avukat ta' Efimova Alexandros Papastergiopoulous kien qal li d-deċiżjoni hija frott tħassib tal-Qorti li f'Malta ma kinitx se jkollha smigħ ġust. Huwa kien qal ukoll illi kien hemm tħassib għas-sigurtà tagħha u li l-atti kriminali li qed tkun akkużatha bihom ma jimmeritawx Mandat ta' Arrest Ewropew.
Madanakollu, aktar tard kien intqal ukoll li Efimova ma kinitx estradita lejn Malta minħabba raġunijiet proċedurali u tekniċi relatati mal-applikazzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew.
Greek Court of Appeal confirms decision not to extradite #PilatusBank whistleblower Maria Efimova to Malta. I welcome the decision of the Greek courts and am hopeful that this will give Maria the peace of mind and tranquility she very much deserves.
— David Casa (@DavidCasaMEP) June 14, 2018
Mal-ILLUM il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien qal illi l-Griegi u speċifikament il-Gvern Grieg huwa obbligat li jibgħat lura lil Efimova minħabba li l-Greċja hija membru tal-Unjoni Ewropea.
Efimova għandha żewġ każijiet kontriha; wieħed mill-Bank Pilatus li qed jakkużaha bi frodi u l-ieħor li kien infetaħ minn żewġ persuni fil-Korp tal-Pulizija, wieħed minnhom l-eks Spettur tal-Pulizija Johnathan Ferris, li ironikament, bħal Efimova, qed jitlob li jingħata protezzjoni ta' whistleblower li mhux qed tingħatalu.
Hi tibqa' l-aktar magħrufa bħala l-mara wara l-allegazzjoni li f'safe fil-kċina tal-Bank Pilatus kien hemm dokumenti li juru illi l-kumpanija fil-Panama Egrant Inc. hija proprjetà ta' Michelle Muscat u li mill-kont ta' din il-kumpanija fil-Bank Pilatus għaddew mal-$1 miljun minn bint il-President tal-Ażerbajġan Illham Alliyev.
Din l-allegazzjoni dejjem ġiet miċħuda mill-Prim Ministru Joseph Muscat, tant li rabat il-futur politiku tiegħu mal-inkjesta li għaddejja bħalissa u li talab hu stess.
Aqra wkoll:
Kif il-mandat ta' arrest Ewropew minn Ċipru qatt ma deher imkien
L-istorja KOLLHA ta' Efimova minn mindu ħarġet l-istorja 'Egrant'
Kif Efimova indikat li ma kinitx is-sors oriġinali tal-allegazzjoni 'Egrant'
Kif ma preżentatx dokumenti lill-MEPs li kellmet
Meta indikat li jekk tiġi lura Malta ħajjitha tkun fil-periklu