Liġi ġdida li tbiddel il-mod kif isiru l-adozzjonijiet u l-fostering
Il-Ministru Michael Farrugia qal li din il-liġi tagħti aktar protezzjoni u vuċi lit-tfal
More in Politika
Il-Ministru Michael Farrugia qal li din il-liġi tagħti aktar protezzjoni u vuċi lit-tfal
Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon ħabbar konsultazzjoni pubblika dwar żviluppi fil-liġi tal-Protezzjoni tat-Tfal li fi fost oħrajn se tkun qed iġġib bidliet importanti, ewlenin fosthom fejn jidħlu l-adozzjonijiet u l-fostering.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-konsulent ewlieni fi ħdan il-Ministeru li ħadem fuq din il-liġi, l-Avukat Andy Ellul, spjega bidliet li se jidħlu fis-seħħ fil-mof kif isiru l-adozzjonijiet u l-fostering fost dawk it-tfal li jinsabu f’out-of-home care.
Foster carers se jkollhom ukoll aċċess għall-atti u d-dokumenti kollha tal-Fostering Board u se jkunu jistgħu jiftħu kont tal-bank f’isem it-tifel jew tifla fostered.
Wara għaxar snin ta’ fostering, il-foster carers jistgħu jiftħu applikazzjoni biex jadottaw lil dak it-tifel jew tifla.
Il-Care Orders u l-kustodja tat-tfal
Kompla jispjega kif permezz ta’ din il-liġi, il-care orders u l-kustodja tat-tfal mhux se jibqgħu iktar responsabbiltà tal-Ministru, iżda se jkunu responsabbli għalihom il-kapijiet tar-residenzi li jgħixu fihom it-tfal, il-foster carers, u l-aġenzija.
Minn hemmhekk jitħejja care plan adattat għat-tifel jew tifla kkonċernata, dejjem bid-diskrezzjoni tal-Qrati. Il-Qorti tkun tista’ toħroġ ordnijiet ta’ protezzjoni li jinkludu ordni ta’ emerġenza, ta’ kura, ta’ superviżjoni, ta’ trattament, jew ordni ta’ tneħħija.
Ċentru terapewtiku għal tfal b'imġieba diffiċli
Il-liġi se tkun tesiġi wkoll li jsir kuntratt soċjali li jassigura li l-ġenituri jew dawk li qed jieħdu ħsieb il-kura tat-tfal jieħdu responsabbiltà biex iwaqqfu kull forma ta’ abbuż fuq il-minuri.
Il-liġi qed taspira wioll li għall-ewwel darba twaqqaf ċentru terapewtiku għal minuri b’imġieba diffiċli.
Aktar protezzjoni lill-ħaddiema soċjali
Intant, il-Ministru Michael Falzon stqarr li permezz ta’ dawn il-bidliet, din il-liġi se tagħti wkoll aktar protezzjoni lis-social workers li jkollhom kuntatt ma’ minuri li juru mġieba aggressiva.
“Qed inħarsu lejn liġi li tagħti aktar vuċi lit-tfal, fejn il-minuri jkunu fiċ-ċentru tal-bidliet li se jkollna f’din il-liġi li ilha żmien twil tiġi kkonsultata, u issa viċin li tkun implimentata, qal il-Ministru.
Kopja tal-liġi flimkien ma’ preżentazzjoni dwar il-punti saljenti tagħha tinstab fuq il-website tal-Ministeru: www.family.gov.mt.
Kull min għandu xi tip ta’ kumment jista’ jibgħat fuq [email protected].