Il-Maġistrat Neville Camilleri se jkompli l-inkjesta dwar il-qtil ta' Caruana Galizia
...dan wara li l-Maġistrat Anthony Vella nħatar Imħallef
More in Politika
...dan wara li l-Maġistrat Anthony Vella nħatar Imħallef
Skont sorsi li tkellmu mas-sit MaltaToday qalu li l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għaddiet f’idejn il-Maġistrat Neville Camilleri wara li l-Maġistrat Anthony Vella se jinħatar uffiċjalment Imħallef illum waranofsinhar.
L-Ewroparlamentari Ana Gomes, Sven Giegold u David Casa kienu wrew it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li Vella indika li seta’ jinħatar Imħallef.
Mal-gazzetta ILLUM, Ana Gomes kienet qalet li kien Anthony Vella stess li qalilhom li kien se jgħaddi mill-proċess tal-għażla u kienet saħqet li dan se jfisser li l-inkjesta kważi kważi se tibda mill-bidu.
L-inkjesta kienet għaddiet f’idejn il-Maġistrat Vella wara li l-familjla Caruana Galizia ma kinitx qablet li tkun il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera li tmexxi l-investigazzjoni.
Scerri Herrera kienet inzertat il-Maġistrat tal-Għadda dakinhar li seħħ il-qtil ta’ Caruana Galizia, fis-16 ta’ Ottubru li għadda. Hija wkoll se tkun maħtura Imħallef aktar tard illum.
Neville Camilleri kien inħatar Maġistrat lura fl-2011. Huwa kien il-Maġistrat li quddiemu tressqu t-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphna Caruana Galizia, f'Diċembri li għadda.
Kif jiġri normalment, il-każ imbagħad għadda f'idejn Maġistrat ieħor biex jisma' l-kumpilazzjoni ta' evidenza. Din għadha għaddejja quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.