Il-preżentatur popolari Alfred Zammit se jkun qed jikkontesta għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali f'isem il-Partit Laburista.
Zammit se jkun qed jikkontesta għall-kunsillier tal-Belt Valletta, il-Belt li fiha trabba u għadu jgħix.
F'kummenti ma' dan is-sit, Alfred Zammit ikkonferma li l-Prim Ministru Joseph Muscat talbu jikkontesta u hu aċċetta mill-ewwel.
Zammit mhux se jkun l-uniku personalità li se jikkontesta għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Mark Spiteri Lucas huwa wkoll wiċċ ġdid għall-politika li se jkun qed jikkontesta għall-ewwel darba għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Dan apparti Christian Micallef, il-preżentatur tal-programm sportiv Replay, li l-ġimgħa li għaddiet inħatar Sindku tal-Belt Valletta wara r-riżenja ta' Alexiei Dingli u l-kantant Vince Fabri li wkoll kien elett fil-Kunsill Lokali Belti f'isem il-Partit Nazzjonalista.