L-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddeċieda li għandu jkun Jean Pierre Debono li jieħu post David Stellini, Deputat Nazzjonalista li rreżenja mill-Parlament ftit sigħat wara li l-PN tilef l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew bil-kbir.
Jidher illi r-riżultat kien wieħed qrib ħafna bl-Eżekuttiv maqsum fl-għażla tiegħu, 40 vot favur l-Għawdxi Kevin Cutajar u 42 favur Jaen Pietrre Debono li kien ċeda postu biex seta' jidħol Adrian Delia minfloku.
Aqra hawnhekk dwar ir-riżenja ta' David Stellini minn Deputat
Aqra hawnhekk dwar għalfejn Jean Pierre Debono kien il-favorit biex ikun co-opted