'Jekk iridu jagħmlu ammissjoni, jagħmluha quddiem il-Maġistrat'

David Casa u Ana Gomes jirrifjutaw li jiltaqħu mal-irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

Ana Gomes u David Casa, maġenbha
Ana Gomes u David Casa, maġenbha

David Casa u l-eks MEP Ana Gpmes m'aċċettawx li jiltaqgħu mal-irġiel li qed ikunu akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Kien dalgħodu illi l-Qorti kienet mitluba tiddeċiedi dwar talba mill-avukat ta' Alfred Degiorgio biex l-akkużati jiltaqgħu ma' Casa u Gomes quddiem misja barranija. 

"M'hemmx post għall-politiċi biex dawn jinnegozjaw ma' persuni suspettati bi qtil. "Jekk l-akkużati jridu jagħmlu ammissjoni, jistgħu jagħmlu dan lil Maġistrat u jekk iridu jagħmlu stqarrija pubblika dwar l-innoċenza tagħhom jistgħu joħorġu stqarrija permezz tal-avukat tagħhom." 

Huma komplew jinsistu li l-unika rwol ta' Deputat f'każ kriminali huwa li jżomm lill-awtoritajiet kontabbli għal għemilhom. "Ma jistgħux jagħmlu xogħol il-Maġistrat, kew il-Pulizija jew il-Prosekutur."

More in Politika