llum il-Parlament se jiddiskuti emendi għall-Kodiċi Kriminali sabiex jisaħħu dispożizzjonijiet relatati ma’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika. Din id-diskussjoni ilha programmata xi jiem għalkemm inzertat ser issir illum, ftit sigħat wara li nqatlet mara f'attakk vjolenti mill-persuna li kienet f'relazzjoni miegħu.
Fost it-tibdiliet qed ikun propost illi fil-każ ta' moħqrija jew abbandun ta' minuri, fejn sa issa l-Kodiċi Kriminali tapplika għal dawk taħt 12-il sena, issa din l-età se titla' għal 16-il sena. Intant qed ikunu proposti emendi għall-Ordnijiet ta' Protezzjoni Temporanji. F'dan il-każ qed ikun propost li l-asessjar tar-riskju isir biss minn professjonisti, mibgħuta minn Appoġġ.
Qed ikun propost ukoll illi l-pulizija tibda investigazzjoni biex tiddettermina jekk ikunx hekk bżonn protezzjoni temporanja jew le.
Intant dan is-sit huwa infurmat illi qabel dan l-abbozz jgħaddi għat-tielet qari, fi stadju ta' kumitat Parlamentari se jrisu laqgħat mill-ġdid bejn il-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis u diversi għaqdiet illi fil- fatt iltaqgħu miegħu lbieraħ. Dan se jsir biex jiddiskutu jekk ikunx hemm bżonn aktar emendi għal dan l-abbozz.