Rapport fuq The Guardian jallega illi skont Alarm Phone - l-istess NGO li kienet għamlet akkużi kontra l-AFM f'April - il-Forzi Armati ta' Malta dawwru dgħajsa bl-immigranti mill-ibħra Maltin bl-użu ta' allegata pistola ppuntata lejn l-istess dgħajsa. F'filmat li ttella' fuq l-istess sit tidher dgħajsa tal-AFM ddur mal-immigranti li wħud minnhom jinsabu fil-baħar. L-artiklu jikkwota lill-immigranti jgħidu, li l-AFM qalulhom li Malta "għandha l-virus jismu corona, jekk qatt smajtu bih. Ma nistgħux neħdukhom għax Malta kulħadd marid bħalissa u Malta żgħira." F'liema punt - allegatament taw il-fjuwil u d-direzzjonijiet lejn l-Italja, fejn l-immigranti eventwalment niżlu (Pozzallo).
"Tawna life vest, magna ġdida u fjuwil .. ippuntaw pistola u qalulna għandkom nofs siegħa."
Lura f'April kienet saret l-allegazzjoni minn l-istess għaqda non governattiva illi l-AFM kienet qatgħet il-kuntatt li dgħajsa bl-immigranti kellha ma' dik tal-AFM, preċiżament il-P52. Din l-allegazzjoni wasslet biex tinfetaħ inkjesta kontra l-każ minn Repubblika li kienet akkużat lill-AFM u lill-Pri Ministru li b'azzjonijiethom wettqu tentattiv ta' qtil.
L-istess Repubblika iżda kienet qalet li kienet irċeviet informjazzjoni li tista' turi li fil-fatt, dan it-tentattiv ta' qtil ma sarx.