Il-każi attivi komplew jiżdiedu hekk kif għal darba oħra nstabu aktar każi ġodda minn kemm fiequ pazjenti.
Ilbieraħ saru 2,919-il test. Minn dawn irriżultaw 107 każi ġodda filwaqt li fiequ 85 pazjent.
Għalhekk l-għadd tal-każi attivi issa huwa ta' 1,915.
Fl-aħħar sigħat mietu wkoll żewġ anzjani oħra biex issa l-għadd tal-vittmi tela' għal 55 persuna.
Mill-każi mħabbra lbieraħ, disgħa kienu qraba ta' pazjenti, ħamsa kienu kollegi u ħamsa oħra kellhom kuntatt ma' persuni pożittivi għall-Covid-19.
Apparti minn hekk, kien hemm ukoll żewġ każi importati u tliet każi minn ġemgħat.