Ir-raġel akkużat li qatel lil Chantelle Chetcuti, fi Frar li għadda, ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Justin Borg qed ikun akkużat li b'daqqiet ta' sikkina qatel lill-eks sieħba tiegħu u omm uliedu, waqt argument li seħħ f'Ħaż-Żabbar.
Fit-talba tagħha, id-Difiża insistiet li ma hemm l-ebda periklu li l-akkużat seta' jbagħbas l-evidenza għax il-Qorti semgħet ix-xhieda kollha fil-każ. Saħqu wkoll li għaddew disa' xhur mill-każ u l-akkużat għandu rabtiet f'Malta, fosthom lill-uliedu.
Ir-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest bil-patt u l-kundizzjoni li kuljum jiffirma fl-għadda, li josserva curfew u biex ma jkellem lil ħadd mill-familja Chetcuti ħlief biex jara lit-tfal.
Il-ħelsien mill-arrest ingħata fuq depożitu ta' €25,000 u garanzija personali ta' €20,000.