Aġġornata | Żewġ anzjani jmutu bil-Covid-19 fl-aħħar sigħat

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi issa tela' għal 57

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar sigħat mietu żewġ anzjani bil-Covid-19.

L-ewwel każ huwa ta' anzjana ta’ 89 sena.

L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-23 ta’ Ottubru u kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 dakinhar stess. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet ilbieraħ filgħaxija.

It-tieni każ huwa ta' anzjan ta’ 91 sena li miet ftit illum.

L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-16 ta’ Ottubru u kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.

Intant illum instabu 75 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 74 persuna.

More in Politika