Waqt il-bulletin mediku ta' nhar ta' Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci spjegat kif anke jekk fil-ġimgħat li ġejjin ikun hemm vaċċin li jingħata liċenzja dan ma jfissirx li l-miżuri jridu jieqfu minnufih.
Gauci fakkret li liċenzja ma tfissirx li jkun hemm biżżejjed dożi ta' vaċċin għal kulħadd u għalhekk wara li tingħata l-liċenzja jkun irid jibda l-proċess tal-produzzjoni.
Propju għalhekk li l-miżuri ta' prevenzjoni jridu jibqgħu fis-seħħ sakemm ikun hemm vaċċin għal kulħadd.
Gauci fakkret fil-ftehim li ffirmat Malta biex Malta tkun minn fost l-ewwel pajjiżi li tirċievi l-vaċċin meta dan ikun disponibbli.
"Għamilna l-almu tagħna biex mill-aktar fis possibbli jkollna vaċċin għal kulħadd," saħqet Gauci.
L-indikazzjonijiet huma li sal-aħħar tas-sena se jkun hemm minn tal-inqas vaċċin wieħed li jingħata l-liċenzja.
Aqra aktar:
L-aħħar sforz jew fadlilna? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-iżvilupp tal-vaċċin