Żewġ anzjani jmutu bil-Covid-19 ftit sigħat biss wara li rriżultaw pożittivi

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi tal-Covid-19 f'Malta issa tela' għal 67 persuna

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar il-mewt ta' żewġ anzjani li kellhom il-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 86 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess miet aktar kmieni llum f’Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 87 sena li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada, t-2 ta’ Novembru wkoll miet aktar kmieni llum.

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi tal-Covid-19 f'Malta issa tela' għal 67 persuna.

More in Politika