Aġġornata | Raġel ta' 54 sena huwa l-71 vittma tal-Covid-19; Sitta jmutu fi ftit sigħat

L-etajiet varjaw bejn 54 u 83 sena

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar il-mewt ta' erba' persuni li mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19. Dan ifisser li fi ftit sigħat mietu total ta' sitt persuni biex l-għadd tal-vittmi tela' għal 71. 

L-erba' każi li tħabbru l-aħħar huma:

  • Raġel ta’ 63 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-12 ta’ Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dak in-nhar stess. Huwa miet ilbieraħ filgħaxija .
  • Anzjan ta’ 83 sena li ttestja pożittiv fl-1 ta’ Novembru. Huwa miet ilbieraħ fl-isptar Monte Carmeli fejn l-anzjan kien residenti u baqa’ jingħata kura.
  • Anzjan ta’ 75 sena. L-anzjan iddaħħal l-isptar Mater Dei fit-3 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada, 4 ta’ Novembru. Huwa miet ilbieraħ mal-lejl.
  • Raġel ta'  54 sena li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-25 ta’ Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Ir-raġel miet aktar kmieni llum fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.

More in Politika