Il-każi attivi reġgħu telgħu għal 1,929 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 174 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 93 persuna ġew iddikjarati mfejqa.
B'kollox ilbieraħ saru 2,842 test.
Apparti dawn, mill-bieraħ għal-lum mietu wkoll ħames persuni bil-Covid-19, b'wieħed minnhom kien għad għandu 63 sena.
Intant, mill-każi mħabbra lbieraħ, 13 kienu qraba ta' pazjenti pożittivi għall-virus, 11 kienu kollegi, tlieta kellhom kuntatt dirett ma' persuni bil-virus, kien hemm tliet każi importati u żewġ każi minn attivitajiet soċjali.