Aġġornata | It-tielet vittma tal-Covid-19 fi ftit sigħat; Raġel ta' 59 sena

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi issa tela' għal 74

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar il-mewt ta' tliet persuni oħra li mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 75 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Ottubru u ddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 ta’ Ottubru, miet ilbieraħ fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 90 sena li ddaħħlet l-isptar Mater Dei fil-31 ta’ Ottubru u ttestjat pożittiva dak in-nhar stess, ukoll mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

It-tielet każ huwa ta' raġel ta' 59 sena. Ir-raġel kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-27 ta’ Ottubru. Huwa miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi issa tela' għal 74.

More in Politika