Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, waqt il-bulettin mediku ta' nhar ta' Ġimgħa spjegat kif bħalissa, fl-isptarijiet hemm 176 pazjent u 14 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ITU.
Gauci spjegat kif simili għall-pajjiżi oħra, il-każi komplew jiżdiedu. Fil-fatt, fl-aħħar 24 siegħa tħabbru 129 każ ġdid, filwaqt li fiequ 67 persuna.
Spjegat kif iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard (ECDC) qed ibassar li hekk kif tidħol ix-xitwa, il-każi jkomplu jiżdiedu u propju għalhekk li appellat biex kulħadd jibqa' jsegwi l-miżuri ta' mitigazzjoni, fosthom l-ilbies tal-maskra.
B'kollox, l-għadd tal-vittmi għall-Covid-19 tela' għal 73, bi 12-il persuna jitilfu ħajjithom f'temp ta' ġimgħa.
Aktar dettalji:
Każi ta' Covid-19 fi tliet djar tal-anzjani; 50 resident rikoverati fl-isptar is-Samaritan it-Tajjeb