'Il-living Wage hija priorità assoluta għall-PN'

Tliet kandidati tal-PN jelenkaw uħud mill-pilastri li fuqhom il-PN jgħid li qed jibni l-viżjoni tiegħu

Il-Kunsillier Nazzjonalista ta' Ħal Qormi u kandidat Jerome Caruana Cilia tkellem dwar patt soċjali ġidid "fejn l-ekonomija trid tkun mibnija fuq soċjetà ġusta, "bi priorità ewlenija tkun l-introduzzjoni tal-living income f’pajjiżna u r-reviżjoni tal-COLA."

Il-Kunsilliera Nazzjonalista Siġġiwija u kandidata Alessia Psaila Zammit tkellmet fuq il-pilastru dwar in-nisa u enfasizzat li għandna nirsistu fuq inizjattivi li jsaħħu l-parteċipazzjoni tal-mara fil-politika u fis-socjetá. Hija fakkret li f'Marzu li għadda, l-PN qabel mal-prinċipju li jiddaħħal mekkaniżmu biex jiżdiedu siġġijiet għan-nisa fil-Parlament. Hija qalet li inizjattivi bħal Gender Balance Mechanism, huma meħtieġa "biex inħaffu l-progress fl-ugwaljanza. .

Il-Kunsillier Nazzjonalista fil-Gudja u kandidat Mark Anthony Sammut tkellem fuq l-ambjent u f'eku ta' dak li qal il-Kap Nazzjopnalista fir-risposta tiegħu għall-Baġit qal li l-kostruzzjoni u l-ambjent ma għandhomx ikunu għedewwa, Dwar il-viżjoni ekonomika ta' pajjiż sigur Sammut saħaq li l-PN jixtieq li jara pajjiż fejn l-istituzzjonijiet "jaħdmu b’mod tassew indipendenti u bl-istess mod ma’ kulħadd, xandir pubbliku imparzjali u poplu magħqud fuq il-valuri bażiċi, etiċi u universali."

Il-viżjoni politika li l-Partit Nazzjonalista qed iniedi hija bbażata fuq 12-il pilastru li huma:

  • L-ambjent fil-qofol tal-viżjoni politika

  • Kwalita’ tal-ħajja

  • Iż-żgħażagħ fil-qofol tat-tmexxija pubblika u privata

  • It-talent uman jibqa’ l-bażi tal-futur ekonomiku

  • Setturi ekonomiċi b’pagi li jrendu

  • Nirrispettaw dak li jagħmilna Maltin

  • Patt soċjali ġdid

  • Żvilupp Soċjali

  • In-nisa

  • Għawdex fiċ-ċentru u mhux sempliċi annex ta’ Malta

  • Kampanja u agrikoltura

  • Viżjoni ekonomika f’pajjiż sigur

More in Politika