Filmat | Roberta Metsola eletta b'mod unanimu bħala Viċi President tal-Parlament Ewropew

Metsola kienet mexxiet diversi liġijiet importanti tal-Unjoni Ewropea u anke kiener rebħet il-premju 'MEP tas-Sena'

L-Ewroparlamentari Maltija Robert Metsola għadha kemm ġiet eletta b'mod unanimu bħala l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew.

Metstola hija l-ewwel Maltija li ġiet eletta f'dan l-irwol importanti. Fil-fatt, hemm aktar minn Viċi President wieħed, iżda Metsola issa hija l-Ewwel Viċi President, jiġifieri tiġi eżatt wara l-President tal-Parlament Ewropew.

Bħala Viċi President, fost irwoli importanti oħra, Metsola tmexxi s-seduti fl-assenza tal-President Ewropew. 

Roberta Metsola, kienet eletta fl-2013, hekk kif kienet ħadet post Simon Busuttil li kien niżel Malta biex ikun Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Hija kienet ġiet eletta mill-ġdid fl-2013 fejn kisbet aktar minn 33,000 vot fl-ewwel għadd.

Is-sena li għaddiet, fl-ewwel għadd, Metsola kisbet 38,206.

Fl-2015, Metsola kienet rebħet il-premju tal-MEP tas-Sena, għax xogħol tagħha favur il-Ġustizzja u l-Libertajiet Ċivili fl-Ewropa.

Din is-sena, Metsola nħatret f’bord ta’ Think Tank bl-isem tal-Friend of Europe.

Uħud mill-għanjiet ta’ dan it-Think Tank huma li jkun hemm aktar ħarsien lejn l-ambjent tagħna, li titnaqqas id-dipendenza tal-Ewropej fuq il-plastik, li jkun hemm żviluppi ta’ teknoloġija ġdida li minnhom igawdu l-ħafna li ssir dejjem il-ġustizzja u kif ukoll li jiżdied ir-rispett lejn is-saltna tad-dritt.

Fost irwoli u ħatriet oħra importanti, Metsola kienet responsabbli minn liġi tal-Unjoni Ewropea biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-fruntieri ta’ Roberta Metsola, bil-għan li tkun indirizzata aħjar l-isfida tal-immigrazzjoni.

Il-ħatra ta’ Roberta Metsola bħala Viċi President tal-Parlament Ewropew hija rikonoxximent tax-xogħol importanti li ilha...

Posted by Bernard Grech on Thursday, 12 November 2020

Fil-fatt Metsola kienet mexxiet in-negozjati mal-Istati Membri kollha fil-Kunsill u fil-Kummissjoni Ewropea dwar din il-Liġi. 

Kienet ukoll intagħżlet bħala ċ-Chairperson ta' Grupp fi ħdan il-Parlament Ewropew li jaħdem kontra l-kriminalità u l-korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Roberta Metsola hija wkoll waħda mill-opinjonisti tal-gazzetta ILLUM

X’jagħmel il-Parlament Ewropew?

Il-Parlament Ewropew hu l-korp tal-UE fejn jitfasslu l-liġijiet. Hu elett direttament mill-votanti tal-UE kull 5 snin. L-aħħar elezzjonijiet saru f’Mejju 2019. Il-Parlament għandu tliet rwoli prinċipali:

Rwol leġiżlattiv

  • Jgħaddi l-liġijiet tal-UE, flimkien mal-Kunsill tal-UE, abbażi ta' proposti mill-Kummissjoni Ewropea.
  • Jiddeċiedi dwar ftehimiet internazzjonali
  • Jiddeċiedi dwar it-tkabbir
  • Jeżamina mill-ġdid il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni u jitlobha biex tipproponi leġiżlazzjoni

Rwol superviżjorju

  • Iwettaq skrutinju demokratiku tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE
  • Itella' l-President tal-Kummissjoni u japprova l-Kummissjoni bħala korp wieħed. Hemm il-possibbiltà ta’ votazzjoni ta’ mozzjoni ta’ ċensura, li tobbliga lill-Kummissjoni sabiex din tirriżenja
  • Jagħti kwittanza, jiġifieri japprova l-mod li bih jintefqu l-baġits tal-UE
  • Jeżamina l-petizzjonijiet taċ-ċittadini u jwaqqaf l-inkjesti
  • Jiddiskuti l-politika monetarja mal-Bank Ċentrali Ewropew
  • Ipoġġi mistoqsijiet lill-Kummissjoni u lill-Kunsill
  • Iwettaq osservazzjonijiet tal-elezzjonijiet

Rwol Baġitarju

  • Jistabbilixxi l-baġit tal-UE, flimkien mal-Kunsill
  • Japprova l-baġit fit-tul tal-UE, il-“Qafas Finanzjarju Pluriennali”

More in Politika