Malta llum rreġistrat rekord ta' każi ġodda ta' Covid-19 hekk kif instabu 224 każ ġdid f'ġurnata waħda.
B'kollox saru 3,365 test u fiequ wkoll 80 persuna.
Dan ifisser li l-każi attivi tal-Covid-19 f'Malta telgħu għal 1,845 każ.
Apparti minn hekk, miet anzjan ieħor ta' 72 sena biex issa, b'kollox, il-Covid-19 ħasad il-ħajja ta' 227 persuna.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-31 ta’ Diċembru.
L-uniku drabi li Malta qabżet il-200 każ f'ġurnata kien fit-2 ta' Novembru meta ġew irreġistrati 218-il każ u fid-9 ta' Novembru meta nstabu 204 każi.
Intant mill-każi mħabbra lbieraħ, kien hemm 32 każ fost qraba u għaxar persuni li ħadu l-virus mingħand il-kollegi.
Kien hemm ukoll 20 każ ta' persuni li ġew f'kuntatt dirett ma' persuni pożittivi u 12-il każ li ħarġu minn attivitajiet soċjali, kif kien mistenni wara l-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
Aqra wkoll:
L-MUT tgħid li l-awtoritajiet tas-saħħa talbu lill-Ministeru għall-Edukazzjoni biex l-iskejjel ma jinfetħux