L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċina tirrakkomanda wkoll il-vaċċin ta' Moderna
Malta għandha allokati 100,000 doża tal-vaċċin ta’ Moderna, biżżejjed biex tagħtiha lil 50,000 persuna
More in Politika
Malta għandha allokati 100,000 doża tal-vaċċin ta’ Moderna, biżżejjed biex tagħtiha lil 50,000 persuna
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċina (EMA) rrakkomandat l-approvazzjoni tal-vaċċin ta’ Moderna kontra l-Covid-19 biex hekk fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin jibdew jaslu d-dożi fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.
Wara ta’ Pfizer, din hija t-tieni tilqima li rrakkomandat l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċina
L-EMA rrakkomandat li din it-tilqima tibda tingħata lil dawk li għandhom minn 18-il sena ‘il fuq.
Malta għandha allokati 100,000 doża tal-vaċċin ta’ Moderna, biżżejjed biex tagħtiha lil 50,000 persuna.
📢 EMA has recommended granting a conditional marketing authorisation for COVID-19 Vaccine Moderna to prevent #COVID19 in people from 18 years of age: https://t.co/l9KMZlx7wa pic.twitter.com/BdvXanjOHN
— EU Medicines Agency (@EMA_News) January 6, 2021
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni llum, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega kif aktar ma jiġu approvati vaċċini għall-użu fl-Unjoni Ewropea, aktar jitħaffef il-proċess biex il-pajjiż jilħaq dik li tissejjaħ herd immunity, fejn biżżejjed persuni jkunu mlaqqma biex tinqata’ l-katina tal-imxija.
L-ewwel dożi mistennija jibdew jaslu l-ġimgħa d-dieħla u jibqgħu jaslu kull ħmistax.
Il-Ministru spjega wkoll kif sal-aħħar tax-xahar, Malta se tkun qed tlaqqam 16,000 persuna. 5,000 oħra se jkunu ħadu t-tieni doża tal-vaċċin.
Sa Mejju, Malta se tkun laqqmet lill-frontliners kollha, lir-residenti f’istituzzjonijiet, lill-anzjani li għandhom minn 70 sena ‘l fuq u anke lill-persuni kollha vulnerabbli għall-virus.
Il-vaċċin ta’ Moderna huwa effettiv 94.1%. Bħal dak ta’ Pfizer, anke l-vaċċin ta’ Moderna jeħtieġ żewġ dożi.
Fil-każ ta’ Moderna, it-tieni doża tingħata 28 ġurnata wara l-ewwel tilqima.
Aqra wkoll:
Mhux eskluż li jidħlu fis-seħħ miżuri ġodda kontra l-Covid-19 fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin
'Sal-aħħar ta' Mejju nkunu naqqasna l-pressjoni fuq l-isptarijiet u nerġgħu nibdew nieħdu r-ruħ'