Għada u l-Ġimgħa: L-għalliema membri tal-MUT se joħorġu fuq strajk

Il-Malta Union of Teachers: 'Fiċ-ċirkostanza anomala u inċerta ma jistax ikun li niftħu l-iskejjel qisu xejn mhu xejn'

L-għalliema se jkunu qed jistrajkjaw għada l-Ħamis  - meta suppost jiftħu l-iskejjel wara l-vaganzi tal-Milied - u anke nhar il-Ġimgħa.  Dan wara illi fallew id-diskussjonijiet li l-istess unjn kellha llejla mal-Gvern dwar il-Covid-19. 

L-MUT waqt konferenza llejla qalet lill-membri - mill-primarja u sekondarja sal-kindergarten u l-Università - biex għada ma jmorrux għax-xogħol.  Dan wara li aktar kmieni llum l-MUT qalet illi l-aworitajiet tas-saħħa kienu taw direzzjoni biex jingħalqu l-iskejjel, xi ħaġa li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ċaħad.  Iktar kmieni llum ukoll tħabbar numru rekord ta' każi ta' Covid-19 minn meta faqqgħet il-pandemija f'pajjiżna, jiġifieri 224 każ ġdid b'Fearne iwissi illi jekk din iż-żieda hija relatata mat-temp iktar kiesaħ - li mistenni jerġa jirritorna l-ġimgħa d-dieħla - jew inkella mal-varjant il-ġdid, il-Gvern ikollu jieħu miżuri ġodda.

"Fiċ-ċirkostanza anomala u inċerta ma jistax ikun li niftħu l-iskejjel qisu xejn mhu xejn," saħaq Bonnici li allega wkoll illi l-Prim Ministru waqt il-laqgħa qal lill-MUT li jekk l-għalliema jaħdmu onlajn minflok imorru fil-klassi ma jitħallsux.  Hu sostna illi dak li qed tagħmel il-unjin huwa biex ikun protett kulħadd, l-għalliema u anke l-familji. 

More in Politika