Malta baqgħet mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li l-inqas illi kienu qed jirreġistaw qgħad sa Novembru 2020 u dan skont ċifri tal-Eurostat. B'4.8% fil-fatt Malta tinqabeż biss miċ-Ċekja (2.9%), il-Ġermanja (4.5%), l-Olanda (4%) u l-Polonja (3.3%).
Minn naħa l-oħra il-qgħad sal-11-il xahar tas-sena l-oħra baqa' għoli ħafna fi Spanja - fejn kien reġistrat l-ogħla persentaġġ ta' persuni mingħajr xogħol, jiġifieri 16.4%. Il-qgħad kien għoli wkoll fil-Litwanja (10.4%), l-Italja (8.9%), Franza (8.8%) u l-Iżvezja b'8.6%.
Il-medja tal-qgħad fil-pajjiżi tal-UE għal dan ix-xahar kien ta' 8.3%.
Minkejja li l-qgħad f'Malta huwa fost l-aktar baxx il-Eurostat immarka żieda xahar għal xahar fin-numru ta' nies bla xogħol biex minn 3.6% f'Novembru 2019 - jiġifieri qabel il-pandemija - tela' għal 4.8% f'Novembru 2020. Dan ifisser li sa Novembru tas-sena l-oħra in-numru ta' persuni bla xogħol f'pajjiżna kien ta' 13,000.