Filmat | Ftehim bejn il-Gvern u l-MUT ... kollox lura għan-normal nhar it-Tnejn
Qqbil bejn il-Gvern u l-MUT dwar is-sitwazzjoni fl-iskejjel wara laqgħat li komplew dalgħodu f'Kastilja
More in Politika
Qqbil bejn il-Gvern u l-MUT dwar is-sitwazzjoni fl-iskejjel wara laqgħat li komplew dalgħodu f'Kastilja
Wara l-laqgħat li komplew dalgħodu intlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers flimkien ma' entitajiet u unjins oħra biex nhar it-Tnejn 11 ta' Jannar kollox imur lura għan-normal fl-iskejjel.
Dan wara strajk msejjaħ mill-MUT u li kien appoġġjat ukoll mill-Unjin tal-Edukaturi u Professjonisti (UPE) li beda ilbieraħ u li baqa' għaddej illum wara żieda qawwija fil-każi tal-Covid-19, nhar il-Erbgħa.
Fi stqarrija konġunta bejn il-Gvern, l-unjins kif ukoll skejjel ikkonċernati kien sostnut illi matul il-laqgħa li saret dalgħodu f'Kastilja saret preżentazzjoni tas-sitwazzjoni tal-pandemija u l-effett fuq l-iskejjel mill-Professur Charmaine Gauci, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Intalbet ukoll l-assistenza ta’ Dr Vincent Marmarà sabiex il-partijiet ikollhom analiżi tal-istatistika tal-pandemija.
Il-Gvern spjega kif il-konklużjoni ta’ dan kollu kienet li ngħatat l-assigurazzjoni ċara li, billi l-iskejjel ikunu miftuħa b’miżuri ta’ mitigazzjoni, iktar hemm tendenza li jonqsu l-każijiet fil-komunità għax il-familji jipparteċipaw f’inqas attivitajiet soċjali. Dan jipprovdi iktar protezzjoni lit-tfal u lill-edukaturi u jgħin biex irażżan il-pandemija fuq livell nazzjonali. Għalhekk, l-iskejjel jistgħu jiftħu minn nhar it-Tnejn 11 ta’ Jannar bil-miżuri kollha li ddaħħlu skont il-protokolli maqbula mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
. Il-partijiet irreġistraw ukoll dan il-qbil: